Ahmed Almuhamed li nstab il-passaport tiegħu ħdejn l-istade de France u hu suspettat li kien wieħed mill-bomba suwiċida f'Pariġi qed jiġi rappurtat li kien salvat flimkien ma' membru ieħor tal-familja fit-3 ta' Ottubru minn dgħajsa bl-immigranti li kienet qed tegħreq viċin il-gżira Leros tal-greċja. Kien rappurtat ukoll li instabu l-biljetti tal-vapur li hu qata mill-Greċja biex mar is-Serbja erbat ijiem wara. Dan iż-żagħżugħ ta' 25 sena kien qagħad xi żmien f;kamp tar-refuġjati fi Presevo fejn anke applika għall-ażil qabel beda triqtu lejn il-Kroazja u l-Awstrija sa ma wasal Franza u wettaq dak li wettaq.