Illejla il-kelliem għall-oppożizzjoni Chris Said staqsa mistoqsija diretta lil Prim Ministru:
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministeru se jkun inkarigat mill-istudji u proġett tal-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex?
It-tweġiba tal-Prim Ministru kienet din:
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Ministeru tat-Trasport u Infrastrutura huwa l-Ministeru inkarigat mill-istudji u proġett tal-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex.
Dan ifisser li l-ownership tal-mina bejn Malta u Għawdex hi tal-Ministru Joe Mizzi u ma taqax taħt il-ministeru għal Għawdex.