Mhux mistenni maltemp għall-ftuħ tas-sena l-ġdida

Is-smewwiet għandhom ikunu minn ġeneralment xemxija għal parzjalment imsaħħba, b’ċans żgħir ta’ xita u bil-livelli ta’ umdità mbassra li jkunu pjuttost għoljin, madwar 86%.

Mistenni b’ħeġġa minn bosta, żmien il-bidu tas-sena l-ġdida se jġib miegħu wkoll possibbiltà ta’ temp ikrah li jħalli lil xi wħud anzjużi li jitħarbat il-gost ta’ dawn il-festi. B’xorti tajba, l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar transizzjoni pjaċevoli lejn is-sena l- ġdida, b’irjieħ ħfief u temperaturi moderati.

Bejn it-30 u nhar l-Ewwel tas-Sena, it-temperaturi binhar huma mistennija jilħqu massimu ta’ 17°Ċ sa 18°Ċ, qabel ma jaqgħu għal dawk minimi ta’ bejn id-9°Ċ u l-10°Ċ, hekk kif se nkunu qegħdin niċċelebraw bil-countdown lejn l-2016. Is-smewwiet għandhom ikunu minn ġeneralment xemxija għal parzjalment imsaħħba, b’ċans żgħir ta’ xita u bil-livelli ta’ umdità mbassra li jkunu pjuttost għoljin, madwar 86%. Il-kundizzjonijiet ġenerali mhumiex mistennija li jkunu severi u m’għandhomx jikkawżaw ebda interruzzjonijiet sinifikanti taċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida. 

More in Kronaka