Bulgaru ta' 22 sena f'periklu tal-mewt
wara li ntlaqat minn raġel ta' 62 sena

More in Kronaka
wara li ntlaqat minn raġel ta' 62 sena
Illum għall-ħabta tas-sitta u għoxrin ta’dalgħodu (0620hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Nazzjonali, il-Ħamrun.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Bulgaru ta’ 22 sena, residenti Marsaskala, għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip Chevrolet Trax.
Meta seħħ l-inċident, il-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn Il-Blata l-Bajda minn raġel ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Frendo Dimech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.