Ġellied tal-ISIS spara u qatel lill-ommu quddiem folla kbira

Ġiet misjuba ħatja li ppruvat tħajjar lil binha jitlaq lill-ISIS

 Ali Saqr al-Qasem ġellied ta' 20 sena tal-ISIS qatel pubblikament lill-ommu f'Raqqa wara li akkużaha b 'apostasy'. Hu spara lill-ommu Lena ta' 45 sena  f'trasha b'rifle

'Apostasy' tfisser li hi inċitat lil binha milli titlaq l-istat Iżlamiku u li jaħrab minn Raqqa.Ali Saqr al-Qasem irraporta l-każ lis-superjuri tiegħu li sentenzjawha għal mewt u ordnawlu li joqtolha hu stess. Skont l-osservatorju tad-drittijiet tal-bniedem, attendew mijiet biex jaraw l-eżekuzzjoni tagħha minn binha. 'Apostasy' hi skuża għall-ISIS meta jkunu jridu jeħilsu minn xi ħadd. Il-qtil sar barra l-uffiċċju tal-posta ta' Raqqa fejn kienet taħdem Lena.

More in Kronaka