L-awtorita tax-Xandir qed tinvestiga l-programm ta' Emmy Bezzina

Diversi lmenti fuq is-siti soċjali minn nies li  qed jaraw din l-investigazzjoni bħala sarima ma' min jikkritika lill-Gvern

L-avukat Emmy Bezzina bħalissa qed imexxi programm 'Il-Parlament tal-Poplu" fuq Smash TV li qed jirbaħ popolarità kbira minħabba li l-preżentatur qed jikkritika dak kollu li jħoss li l-poplu ma jaqbilx miegħu u qed jieħu telefonati fuq l-istess programm.

Sadattant dan l-aħħar qed ikun hemm telefonati li qed jgħaddu kummenti sarkastiċi u li jistgħu jinstemgħu offensivi, bil-preżentatur iwieġeb b'mod krud l-'insulti' jew it-tingiż li qed jgħaddulu. Il-Ħamis fil-fatt kien hemm telefonati li għaddewlu kummenti dispreġattivi fuqu personali bil-preżentatur iweġibhom bl-istess stil. Waħda mit-telefonati użat lingwaġġ vulgari bil-preżentatur iqabbel lil min ċempillu ma' 'basal immarinat fil-ħmieġ tal-ġrieden'. F'mument ieħor wieħed milli ċempel staqsih għaliex ma joħroġx għall-politika u l-preżentatur qallu li jmissu jmur fl-irdumijiet ta' Ħad-Dingli jorbot mażżra m'għonqu u jintefa minn fuq għal isfel.

Pierre Cassar li hu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir qal li qed jistudjaw il-każ u f'dawn il-ġranet se jiltaqa l-bord biex il-każ jiġi diskuss formalment.

Huma l-ħafna li qed joħduha kontra l-awtorita tax-Xandir fuq is-siti soċjali fejn qed jarawha bħala sarima ma' min qed jikkritika lill-Gvern u dak li qed jiġri madwarna.

 

More in Kronaka