Anke fl-Amerka s-swine flu qatlet ħabsi

  • Miet wieħed u 40 infettat

 

 

Ftit tal-ġranet ilu fil-faċilita Korrettiva ta’ Putnamville miet ħabsi meta ġie nfettat bl-H1N1 li hi mill-familja tas-Swine Flu. Fl-istess ħabs 35 ħabsi ieħor spiċċaw infetatti u ħames pulizija urew sintomi ta’ din l-influwenza. Kollha kemm huma jinsabu l-isptar.

Dawk milquta qed jesperjenzaw sintomi li jidhru bħal ta’ influwenza normali li f’daqqa waħda tista’ tiżviluppa fi pnewmonja. Il-ħabsi li miet ġie nfettat ukoll fl-istess ħin bl-MRSA, li hi bacteria li tkun resistenti għal antibajotiċi.

Il-Kap tal-ħabs qal li l-faċilita qed jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu l-virus milli jkompli jinfirex, li jinkludi li jaħslu kontinwament l-partijiet komuni, jipprovdu maskli u hand sanitizer. Hemm xi ħabsin li qed jieħdu l-mediċina Tamiflu bħala prekwazzjoni u qed jiġu nkoraġġiti biex jieħdu l-injection.

More in Kronaka