L-aħħar persuna li kienet għadha rikoverata l-isptar sa mill-inċident fl-avveniment 'Paqpaqli għall-Istrina', illum ħarġet mill-isptar. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-aħħar vittma tal-inċident li seħħ l-4 ta' Ottubru, li kienet l-iktar persuna li kienet f'qagħda kritika, issa ħarġet ukoll mill-isptar. Dan ifisser li l-persuni kollha involuti fl-inċident, ħarġu mill-isptar.
Din l-aħħar persuna kienet l-aktar waħda li sofriet ġrieħi, tant li għal xi żmien kienet f'kundizzjoni kritika u anke f'koma.
L-inċident kien ħalla mas-26 persuna feruta wara li Porche 118 li kienet qed tagħti esibizzjoni f'dan l-avveniment, tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fil-pubblika preżenti fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.