Il-Malti li ndarab f'waħda mill-isplużjonijiet li saru fiż-żona tat-tluq fl-ajruport ta' Zaventem fi Brussell ġie identifikat li huwa Lorenzo Vella, li huwa l-eks segretarju ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Tweet tal-Prim Ministru qalet li l-Malti midrub huwa impjegat tar-rappreżentanza Permanenti għal Malta. Kien jinsab l-ajruport flimkien mal-mara tiegħu li qed tistenna tarbija. Il-Malti huwa f'sensih u l-awtoritajiet Maltin jinsabu f'kuntatt kontinwu miegħu.
Dawn l-attakki fi Brussell diġà ħallew 13-il persuna mejta fl-ajruport u madwar 10 fi splużjoni fi stazzjon tal-metro.