L-ILLUM hu f'kuntatt kontinwu ma' familjari ta' Tania Schembri l-mara ta' 43 sena li lbieraħ skiddjat ix-Xemxija meta għamlet ħalba xita mal-lejl f'dawk in-naħat u spiċċat fil-periklu tal-mewt. Il-familjari tagħha qalulna li l-problema kienet li kellha 'clot' ta' demm f'rasha u għadhom kif għarrfuna li wara testijiet regolari din l-għoqda ma kibritx għalkemm għadha hemm, iżda se jagħtuha tiekol u tixrob għax qed turi titjib. Nawguraw lil Tania li toħroġ kemm jista' jkun minn din it-trawma