Alemnu s'issa hemm 60 feruti, 6 minnhom gravi wara terremot li għamel it-Tibet ta' qawwa 5.5. It-theżżiża provokat tiġrif ta' bini u anke ħsarat f'toroq u pontijiet, u dan qed jagħmilha diffiċli biex l-villaġġi qrib l-epiċentru jingħataw għajnuna mmedjata. Il-midja Ċiniża qalet li kien hemm diversi valangi. Ir-reġjun fejn sar it-terremot hu wieħed sismiku ħafna u fl-2010 terremot viċin kien ħalla 3,000 mejta.