L-assistenti diretturi fid-dipartimenti tal-gvern jidhru li fl-aħħar qed jingħataw għarfien aħjar tal-pożizzjoni għolja li huma jokkupaw mal-gvernfejn huma anke mistennija jieħdu post id-direttur meta dan ikun nieqes għal xi raġuni jew oħra. Fil-fatt barra li huma jitħallsu l-massimu ta' Skala 5 u għandhom 'performance bonus' ta' massimu ta' 15% mill-aħħar ta' April ġew intitolati għal allowance tal-kommunikazzjoni ta' €1,600 and allowance għal spejjeż ta' €1,500. Ġie mfakkar ukoll li biex tilħaq assistent direttur waħda mill-kundizzjonijiet hi li tkun gradwat.
Intant id-Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni Paul Azzopardi ppreċiża ma' dan is-sit illi "l-pakkett finanzjarju tal-Assistenti Diretturi issa ġie jikkumpara ma’ dak ta’ ħatriet oħra fl-istess kategorija"