Sħab u forsi xita tal-ħamrija prevista minn nofs il-lejl

Tbassir skont is-sit li ftit jew xejn ifalli: Gozo Weather Page

Bħalissa arja baxxa mid-deżert ġejja lejna mill-Afrika ta' Fuq. Din se taffetwa lil malta sa tard għada filgħaxija. Il-massa ta' sħab assoċjata ma' din l-arja se tkun miexja skont id-direzzjoni li jimmarkaw il-vleġeġ. Aktar tard is-sema se titgħatta bi sħab. L-isħab mistenni jgħatti s-sema sa għada wara nofs in-nhar. Hemm ċans sostanzjali li jkun hemm traxxix tax-xita tal-ħamrija bejn nofs il-lejl u għada sal-4 wara nofs in-nhar. Barra hekk l-viżibilita mhux se tkun ċara minħabba ramel irqiq li jkun ġej mis-Sahara. Għalhekk kull tip ta' xita li tagħmel timla kull ma hemm bil-ħamrija. Għada filgħaxija ir-riħ jinbidel għal majjistral u dan inaddaf l-arja.

 

More in Kronaka