Verdun f'gaġġa żgħira fix-xemx mal-ħajt tal-Kunsill tal-Imtarfa

Ritratt li ħoloq rabja fuq Facebook

Ritratt li deher fuq Facebook ħoloq rabja sħiħa meta persuna lemħet dan il-verdun f'gaġġa żgħira ħafna mwaħħla b'musmar mal-ħajt tal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa fuq plakka ta' nutar, u dan f'xemx tiżreġ. 

Ħafna kkummentaw dwar dan, u kien hemm min qal li żżomm għasfur f'gaġġa żgħira wara li tieħdu mill-ħajja naturali hu illegali. Hemm min qal li hu att illegali li tpoġġih għall-qilla tax-xemx. Minkejja dan, il-persuna li poġġiet ir-ritratt kellmet lil xi ħadd li jaf lil sid l-għasfur li qallu biex ineħħih mix-xemx.

More in Kronaka