L-itwal mina swiet 10 biljun Ewro u damet tinbena 20 sena

It-tren taħt l-art se jkun jista' jġorr merkanzija li sal-lum tinġarr minn miljun trakk fit-toroq

Mina twila 57km, maqsuma fi tnejn ibbażata fiż-żona ta' Gotthard fl-Iżvizzera se tipprovdi triq taħt l-art għal tren ta' veloċità kbira li jgħaddi taħt l-Alpi Żvizzeri bejn in-naħa ta' fuq u dik t'isfel li se tgħaqqad lil Rotterdam fl-Olanda u Genoa fl-Italja.

L-Iżvizzera qed tgħid li se tirrivoluzjona t-trasport tal-merkanzija, li bħalissa qed jintużaw miljun trakk fit-toroq. Fi 17-il minuta jgħaddu minn din il-mina 260 tren tal-merkanzija u 65 tren tal-passiġġieri. Il-proġett sewa €10 biljun u jinsab 2.3 kilomteri taħt l-art. Biex tħaffret, tneħħew 28 miljun tunnellata ta' blat.

 

More in Kronaka