Kunsillier Laburista jipprotesta fuq parkeġġ riservat u jġibha żewġ

Parkeġġ riżervat għall-GRTU fil-Belt se jitneħħa 

Ray Azzopardi, kunsillier Laburista tal-Belt Valletta pprotesta b'ritratt fuq Facebook dwar parkeġġ riżervat fil-Belt għall-GRTU.

Skont dak li qal fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, baqa' jagħmel pressjoni fuq Transport Malta u l-Ministru Mizzi biex dan il-parkeġġ riżervat jitneħħa. Fil-fatt, iriċeva email mingħand is-sindku li dak kien sar bla permess u se jitneħħa. Wieħed jista' jara dak li kiteb Ray Azzopardi fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, u anke l-email li rċieva. Ray Azzopardi hu msemmi għal mod skjett ta' kif jipprotesta u anke kif jikkritika anke lill-Partit tiegħu fejn tidħol il-Belt Valletta u anke lill-Kunsill lokali li hu mmexxi minn sindku Nazzjonalista meta ma jaqbilx ma' xi deċiżjonijiet filwaqt li hu attiv ħafna fuq il-lat politiku, anke fil-media soċjali u juri viġilanza kbira speċjalment fejn tidħol il-Belt Valletta.

More in Kronaka