Il-gazzetta The Times illum ippubblikat li parker f'għalqa f'Ta Qali viċin wieħed mill-kumplessi ta' divertiment, qed jaqla' madwar €7,000 kull weekend wara li jibdel l-għalqa tiegħu f'parkeġġ. U dan meta m'għandu l-ebda liċenzja bħala parker.
Skont ir-rapport ta' The Times, din l-għalqa tilqa' fiha madwar 3,000 karrozza pparkjata kull tmiem il-ġimgħa, fejn hu jżomm il-prezz ta' €2.50 għal kull vettura. Miegħu normalment ikollu żewġ persuni oħra jgħinuh. Billi l-parker hu l-proprjetarju tal-għalqa, ma kellu ebda dritt li jitlob liċenzja għal parker għax qed juża l-għalqa tiegħu u għandu dritt li sabiex is-sewwieqa jagħmlu użu mill-għalqa tiegħu għall-parkeġġ, iżomm kemm irid. Anke bħala MEPA ma tistax tindaħallu x'jagħmel bil-proprjetà tiegħu la mhux qed iħammeġ u jostakola lil xi terzi persuni.