Bud Spencer telaqna wkoll

L-aħħar kelma tiegħu kienet 'GRAZIE'

L-attur Taljan Bud Spencer li ħa sehem f'diversi Spaghetti Westerns, miet fl-eta ta' 86 sena. Hu miet il-bieraħ f'Ruma" u ma sofra l-ebda uġiegħ" skont ibnu. L-isem proprju ta' Buid Spencer kien Carlo Pedersoli u kien magħruf mal-ħbieb tiegħu bħala l-iġgant ġentili. Spencer li hu wkoll għawwiem professjonali ħadem aktar minn 20 film bejn l-1950 u l-1980. Ibnu Giuseppe qal li l-aħħar kliem tiegħu kienu 'Grazie'. Hu twieled f'Napli fl-1929 u kien l-ewwel Taljan li rnexxielu jgħum 100 metru f'inqas minn minuta. Il-laqam tiegħu ġie għax kein iħobb ħafna l-birra Budweiser.

 

More in Kronaka