20 barrani b'għonqom imħanxar fl-attakk ta' Bangladesh

It-terroristi kienu kollha Bangladeshi, 5 maqtula u wieħed maqbud ħaj

Il-qattiela tal-ISIL jidħku waqt li jħanxru l-irjus tan-nies
Il-qattiela tal-ISIL jidħku waqt li jħanxru l-irjus tan-nies

It-terroristi tal-ISIL kienu kollha ċittadini minn bangladesh u ħamsa minnhom kienu diġa suspettati mill-pulizija fejn kienu ppruvaw jarrestawhom ftit taż-żmien ilu. Sadattant l-awtoritajiet ħarġu n-nazzjonalitajiet tal-20 ostaġġ maqtul minn dawn it-terroroisti li nstabu b'għonqhom imħanxar. Disa mill-vittmi kienu Taljani, seba Ġappuniżi, Indjan, 2 minn bangladesh u Amerikan b'oriġini minn bangladesh. !! mill-vittmi kienu irġiel u disa kienu nisa. Il-vittmi kienu fost madwar 33 ostaġġ li nqabdu minn dawn it-terroristi li 13 minnhom ġew salvati aktar kmieni. Fost xi turisti oħra u ħaddiema li salvaw għamlu dan billi qabżu minn fuq il-bejt jew daħlu taħt l-imwejjed u siġġijiet meta t-terroristi bdew jisparaw bl-addoċċ. Sitt terroristi ġew maqtula meta l-prim ministru tat l-ordni li t-terroristi jiġu attakkati fil-kafetterija fejn inqatlu fi 13-il minuta.

 

 

More in Kronaka