Splużjoni ħdejn Le Stade du France qajmet paniku sħiħ

Eluf ta' nies li nġabru taħt l-Eiffel Tower biex jaraw l-partita tal-lejla fuq big screen bdew jiġru f'paniku kbir b'ħafna jaqgħu u jintrifsu

Ftit tal-ħin ilu instemgħet splużjoni ħdejn l-istade de France fejn se tintlagħab il-kwarti tal-finali llejla bejn Franza u l-Iżlanda. Dawk il-'fans' li kienu diġa sejrin lejn il-ground bdew iwerċqu u jiġru meta semgħu din l-isplużjoni. Għalkemm din ma kienet xejn għajr li kienet splużjoni kontrollata mill-forzi tal-ordni li splodew bieba ta' vann li deher supsettuż qrib il-ground waqt li kienu qed jieħdu ħsieb li ma jkunx hemm periklu terroristiku għal din il-partita. Dawk li kienu sejrin lejn il-ground twaqqfu mill-pulizija u qalulhom li se jkun hemm splużjoni żgħira li m'gġħandiex tinkwetahom għax kienet splużjoni kontrollata, iżda mhux kulħadd kien jaf b'dan.

Iżda d-daħna u l-ħoss qajjem paniku sħiħ fejn anke fejn l-Eiffel Tower fejn qed jinġabru eluf ta' nies biex jaraw il-partita fuq big screen, twrewru u ħasbu li kien hemm xi attakk mill-ISIS u bdew jiġru ma' kullimkien b'diversi minnhom jaqgħu u jintrifsu. Skont xi turisti li kienu preżenti qalu li kien hemm kaos sħiħ kulħadd ippannikkjat u mwerwer.

 

 

More in Kronaka