'Se nattakkaw bis-saħħa lil min attakkana'

'Se nuru aktar forza u azzjoni militari fis-Sirja u l-Iraq' 

Franza se tibgħat l-akbar vapur tal-gwerra biex jiġġieled kontra l-IS wara l-attakk terroristiku f'Jum Bastilja f'Nizza, li ħalla 84 mejta, b'10 minnhom ikunu tfal. Hollande ħalef li se jsaħħaħ l-attakki fuq l-IS billi jibgħa l-akbar vapur navali tiegħu, Charles de Gaulle. Dan wara li minn rapporti mhux uffiċjali jidher li l-IS ħadu r-responsabilità tal-attakk u xhieda qalu li semgħu lix-xufier tat-trakk jgħajjat 'Allahu Akbar' qabel ma daħal fuq in-nies f'Nizza.

Hollande ħalef li jsaħħaħ il-preżenza militari b'10,000 suldat, "irridu nattakkaw lil min attakkana hawn". Fejn hemm min qed jissuġerixxi li dan l-attakk sar wara li nqatel wieħed mill-ministeru tal-gwerra tal-IS, magħruf bħala Omar iċ-Ċeċen. "Franza qed tibki. Franza mweġġa' iżda b'saħħitha u se tibqa b'saħħitha aktar mill-fanatiċi li jridu jweġġgħuha."

 

More in Kronaka