Falla kolp ta' stat fit-Turkija

Erdogan jgħid li l-Poplu Tork wieġeb bis-saħħa għat-tradituri

Tayyip Erdogan il-president Tork tar għal istanbul u fuq it-televiżjoni tal-istat qal li wara li grupp mill-armata ippruvaw jieħdu it-turkija minn idejn il-gvern dan ġie mwaqqaf u l-pajjiż jinsab taħt il-kontroll tal-gvern, Hu kien imdawwar mill-partitarji tiegħu fost għajjat u ċapċip favurih. Hu qal li dan kien att ta' tradiment u l-armata se tibda tiġi mnaddfa. Waqt il-ġlied mal-lejl mietu 60 persuna l-aktar fosthom nies ċivili u s'issa hemm madwar 800 suldat ribell li ċedew l-armi u jinsabu arrestati. Il-Prim Ministru Binali Yildrim ta ordni biex kull ajruplan jew helikopter li jkun qed jittajjar u misjuq minn xi suldat ribell għandu jitwaqqa minnufih mingħajr ċand li jċedi u fil-fatt twaqqa helicopter fuq Ankara.Għalkemm jinstema xi sparaturi żgħar f'xi bliet is-sitwazzjoni hi taħt kontroll u diversi suldati ribelli qed iċedu l-armi lil pulizija u lis-suldati lejali lejn Erdogan. Fuq it-TV live intwera meta grupp ta' 60 suldat ċedew l-armi fuq il-Bosphorus Bridge dalgħodu. Anke l-ajruport ta' Ataturk jinsab taħt kontroll tal-armata tal-gvern u it-titjiriet ġew għan-normal. Il-gvern qal li il-kolp ta' stat, "falla mertu tal-poplu Tork li ngħaqad b'solidarjeta biex il-president u l-gvern mtella demokratikament ikomplu jmexxu t-Turkija. Mhux l-armata kollha kienet involuta f'dan il-korp ta' stat, iżda klikka mill-armata li ngħatat risposta qawwija min-Nazzjon tagħna".

More in Kronaka