'Imissna nistħu u nqisha bħala kriminali l-abbandun tal-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta'

Jason Micallef il-Kap ta' One Productions jikkritika l-iżdingar tal-mistħija li hemm fil-ġnien pubbliku tal-Mosta

Iċ-Ċerman tal-One Productions u l-eks segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u kandidat mal-istess partit fuq facebook tiegħu ilmenta b'mod aħrax dwar l-iżdingar u t-telqa totali tal-'Ġnioen l-Għarusa tal-Mosta' "Wieħed mill-isbaħ ġonna u spazji pubbliċi fil-gżejjer maltin. It-telqa u l-abbandun totali tiegħu inqisha KRIMINALI" kiteb Jason Micallef fejn appella lid-deputati taż-żewġ naħat u lil gvern biex dan il-ġnien jerġa jingħata l-attenzjoni li tixraqlu.  "Imissna nistħu lkoll kif ġnien pubbliku bħal dan tħalla jintelaq b'dal mod." filwaqt li tefa sett sħiħ ta' ritratti li juru mhux li biss għandu raġun iżda raġun biex ibiegħ. Ħasra li lokalita bħal Mosta għandha ġnien żdingat, mimli ħmieġ li ma jagħti kasu ħadd. Jekk jaqax taħt il-kunsill immexxi minn Edwin Vassallo jew mill-Gvern ma ntqalx iżda żgur li kif juri ftit jew xejn kien hemm pressjoni fuq min hu responsabbli biex jirranġa dal-ħmieġ.

 

More in Kronaka