Sirjan jisplodi lilu nnifsu u jferi 12 fil-Ġermanja

Ma tħalliex jidħol f'festival għax ma kellux biljett

Att ieħor terribbli seħħ f'Ansbach il-Ġermanja fejn s'issa l-uniku wieħed mejjet hu s-Sirjan, fejn ħalla 12 feruti, tlieta minnhom gravi. Is-Sirjan kellu basket ma' dahru u meta ż-żagħżugħ ta' 27 sena ma tħalliex jidħol f'festival tal-mużika għax ma kellux biljett, beda jdur u jdur fl-akwati sa ma tajjar lilu nnifsu. L-awtoritajiet qalu li dan is-Sirjan daħal il-Ġermanja sentejn ilu u kien applika għall-ażil iżda ma ġiex aċċettat. Hu tħalla jibqa l-Ġermanja għax il-politika Ġermaniża ma tħallix lil dawk li ma jingħatawx l-ażil, imorru lura fejn fil-pajjiż tagħhom ikun hemm gwerer. L-awtoritajiet qalu li l-bomba li kellu kienet mimlija viti u msiemer fejn jidher li kien hemm ħsieb li din tagħmel aktar ħsara waqt li hu kellu jkun fost il-folla. Hu kien magħruf mal-pulizija li kiser kemm il-darba l-liġi speċjalment fejn tidħol droga. Ipprova jikkometti darbtejn suwiċidju għalkemm il-każ qed jitqies bħala attentat ta' terroriżmu Iżlamiku għal mod kif kienet maħduma l-bomba fejn li kieku splodiet fejn kellha tisplodi din kienet toqtol ħafna nies.

 

 

 

More in Kronaka