Surġent li mar jagħti l-għajnuna spiċċa l-isptar

Mit-taġen għal ġo n-nar

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm xi nirien ġewwa residenza privata fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u s-Surġent li kien on-duty daħal fir-residenza sabiex jassisti tliet persuni li kienu ġewwa.  Fil-fatt dawn inħarġu mir-residenza qawwijin u sħaħ.  Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li għal xi raġuni n-nar beda minn frying pan u għalkemm kien se jaqbad jinfirex mal-għamara tal-kċina, is-Surġent irnexxielu jikkontrolla n-nirien permezz ta’ xugaman u fire extinguisher sakemm fuq il-post waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Is-Surġent kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li bela’ xi duħħan fejn wara li ngħata l-kura neċessarja ġie rrilaxxat. 

More in Kronaka