Episodju ieħor ta' intolleranza f'Istanbul it-Turkija. Tfajla ta' 23 sena sfat imsawta u mgħajra fuq xarabank u dan minħabba li kienet liebsa shorts. Iż-żagħżugħa Aysegul Terzi, taħdem bħala nurse u kif telgħet fuq ix-xarabank daħlet fuq ġewwa bil-wieqfa u hawn fejn beda l-inkubu. Il-passiġġieri bdew jinsulentawha u x-xufier hi u nieżla beda jagħtiha bis-sieq. Kif Aysegui ħarġet minn tal-linja ċemplet lil missierha li akkumpanjaha l-Isptar fejn ingħatat il-kura. L-istorja tagħha spiċċat fuq is-siti soċjali fejn hi tefgħet ukoll ritratt tax-shorts li kienet liebsa.