Somalu jistaqsi intix musulman, jgħajjat 'allah u akbar' u jfajjar bis-sikkina

Fera disa' u qatluh

F'ċentru kummerċjali f'Minnesota l-ISIS ħadu r-responsabilita tal-attakk terroristiku minn Somalu ta' 22 sena li fera disa qabel inqatel. Dahir Adan li ma kellux passat vjolenti staqsa almenu wieħed mill-vittmi jekk kienx musulman qabel tah bis-sikkina, qabel pulizija pajżan li ma kienx xogħol qatlu. Dahir trabba u għex l-Amerka u kien jaħdem bħala security guard, filwaqt li f'daqqa waħda inbidel f'suldat tal-Kalifat biex ikun lupu solitarju bħala terrorista. Hu fil-fatt laqa t-talba li l-ISIS bagħtu biex terroristi solitari jattakkaw pajjiżi Insara.


It-terrorista qabel telaq sellem lil familjari tiegħu u qalilhom li sejjer jixtri l-Iphone 7. Hu daħal fiċ-ċentru kummerċjali u filwaqt li beda jsejjaħ 'l Alla beda jfajjar bis-sikkina fuq il-klijenti, filwaqt li staqsa jekk il-klijenti humiex musulmani.

 

More in Kronaka