Raġel inaddaf il-bins fil-baħar ta' Marsalforn
Jidher li seta ġie mqabbad minn xi ristorant fil-qrib
More in Kronaka
Jidher li seta ġie mqabbad minn xi ristorant fil-qrib
Fuq il-facebook tfaċċa dan ir-ritratt u din l-istorja 'tal-biki' meta Nhar it-Tlieta wara nofsinhar ħaddiem ta' nazzjonalita barranija ta' ristorant f'Marsalforn deher nieżel fix-xatt f'Marsalforn. Hu kien liebes fardal jaqra l-isem ta' ristorant fil-qrib ferm, bi tliet bins miegħu u jerry can tal-bleach. Tefa' l-bleach fil-bins, niżżel xkupa fil-baħar u beda jogħrokhom. Meta mingħalih li għamel biċċa xogħol tat-tindif, niżżel it-tliet bins bil-bleach fil-baħar biex laħlaħhom. Kemm kien hemm tikketti tal-fliexken spiċċaw jgħumu mal-ħut li kien hemm. Mur ara kieku jinżlu t-tfal jgħumu... x'gost! Nispera li l-Kunsill Lokali u l-Pulizija tal-Lokal jinvestigaw. Anke jekk kien hemm pulizija li kellmu wara li rrapurtaw xi nies.