Terremot ta' 5.6 fiċ-ċentru tal-Italja

Rapporti jindikaw li dan it-terremot huwa marbut ma' dak ta' Awwissu li għadda

Ftit wara s-19:00 ta' filgħaxija, ġie rrappurtat kif inħass terremot li laħaq il-5.4 fuq l-iskala Richter. L-epiċentru ta' dan it-terremot kienet fil-lokal ta' Castel Sant Angelo sul Nera, li jinsab madwar 17-il kilometru bogħod minn Arquata del Tronto li huwa mill-iktar ċentri milquta mit-terremot tal-24 ta' Awwissu li għadda. Fil-fatt, l-Istitut tal-Ġeofiżika qal li dawn it-theżżiżiet huma magħquda ma' dak preċedenti.

Rapporti qed jindikaw li kien hemm xi żoni li fihom waqa' xi bini u rħula oħra li nqatgħatilhom il-provvista tad-dawl.

Huwa rrappurtat li dawn it-theżżiet inħassu anke minn Ruma u ż-żoni kollha milquta mit-terremot passat.

More in Kronaka