Wara li r-radisson ta' San Ġiljan qalgħet xeba baħar u l-ballroom spiċċa mgħarraq, issa kien imiss lil lukanda oħra f'San Ġiljan, Il-Hotel Cavalieri li l-baħar qed jagħml;ilha ħafna ħsara billi jaħbat mal-blat u jibqa dieħel fil-lukanda bil-ħaddiema tagħha jaħdmu bla heda bie xjixkupaw l-ilma 'l barra. Iżda dan il-fattur ġiegħel lil management li jħassar l-egħluq ta' Pink October li kien qed jiġi organizzat illejla f'din il-lukanda u pposponih għal nhar il-Ġimgħa 4 ta' Novembru. Sadattant il-management tar-radisson qal li huma xorta qed jagħtu s-servizz tagħhom lit-turisti u xorta qed jilqa lit-turisti anke jekk għalaq partijiet mil-lukanda sa ma jsiru t-tiswijiet fejn saret il-ħsara fil-lukanda.