Nofs bandiera tilqa' lil dawk li jżuru l-Belt min-naħa t'isfel

Ħafna storbju bit-tisbiħ tal-Belt imbgħad pastażata bħal din tilqa' lit-turist

Ritratt meħud mill-kunsillier laburista tal-belt Ray Azzopardi jġiegħlek tibki meta tara nofs bandiera fuq il-bieb tal-Belt min-naħa t'isfel tagħha, tilqa' lill-eluf kbar ta' tursiti li jgħaddu minnu.

Bla dubju li dan hu disprezz lejn il-bandiera Maltija u min hu responsabbli minnha għandu jneħħiha u jibdilha immedjatament. Ray Azzopardi kiteb hu stess li għalkemm hu wieħed mill-attivisti favur il-gvern fejn tidħol identità Maltija ma jidħol ħadd. U hekk għandu jkun. Għax il-bandiera Maltija tagħtina identità u mhux tintuża bħala biċċa tal-art imperrċa.

Xi ħadd għandu jkun responsabbli minn din il-bandiera... jew aħjar nofs bandiera!

More in Kronaka