FILMATI | Rabja kbira mir-residenti ta' Għajn Qajjed fir-Rabat
Il-Kunsill qed jgħid li dan hu proġett tal-Ministeru tal-Infrastruttura
More in Kronaka
Il-Kunsill qed jgħid li dan hu proġett tal-Ministeru tal-Infrastruttura
Huma l-ħafna residenti taż-żona ta' Għajn Qajjed, fir-Rabat, li jinsabu urtati għal għargħar li sabu ma' wiċċhom wara xita qawwija mal-lejl. Fl-istess żona qed isir proġett tar-roundabout li ilu għaddej xhur li jista jkun li ħoloq dan l-għargħar. Ħafna mir-residenti qed jitfgħu l-ħtija fuq il-Kunsill Lokali u l-ministri tad-distrett fejn qed jinkitbu sentenzi bħal "Fejn intkom ministri?" u ''oħorġu fit-toroq'.
Ħafna residenti ma setgħux imorru għal karrozza tagħhom għax riedu jaqsmu speċi ta' xmara. Filwaqt li kien hemm min qabbel iż-żona bħala Venezja.
Sadattant fuq il-facebook wieġeb il-kunsillier Rudolph Grima li qal hekk: "Dak il-proġett jaqa' f'idejn il-ministeru tal-Infrastruttura għax gvern centrali. Nibgħatu rapport zgur... pero suppost dak il-proġett għandu 'culverts' li għandhom iwasslu l-ilma għar-reservoir fir-roundabout il-kbira. Din għadha mhix lesta...".
Għalkemm mhux kulħadd kien kuntent b'dan il-kumment tal-kunsillier fejn anke kien hemm min ikkritikah li qed ifarfar, hu kategorikament ċaħad u wiegħed li bħala kunsill se jirrappurtaw.