Ħabta bejn żewġ karozzi tibgħat żewġ nisa l-isptar

Mara ssofri ġrieħi gravi wara ħabta f'Ħ'Attard

Żewġ nisa weġġgħu u kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li l-karozzi li kienu qed isuqu kienu involuti f'ħabta f'Ħ'Attard.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-18:05 meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Valletta, Ħ’Attard.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Opel Corsa li kienet qegħda tiġi misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar u Volkswagon Polo misjuq minn mara ta’ 27 residenti r-Rabat.

It-tnejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa fejn aktar tard, il-mara ta’ 23 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi hfief u l-mara ta’ 27 sena ġiet iċċertifikata li qeghda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka