Raġel Serb iweġġa' gravi wara li waqa’ minn fuq trakk

Ir-raġel ta' 39 sena waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed iħott xi ġebel

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta tas-7:30 ta' dalgħodu, seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta, li fih raġel serb ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed iħott xi ġebel.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka