Sofra ġrieħi gravi f'idejh waqt li kien qed jaħdem f'fabbrika

Żagħżugħ ta' 19-il sena weġġa' gravi waqt li kien xogħol f'fabbrika fl-Imrieħel

ritratt: arkivji
ritratt: arkivji

Ġuvni ta' 19-il sena sofra ġrieħi gravi f'idejh waqt li kien għaddej b'xogħlu f'fabbrika fl-Imrieħel.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:30, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien weġġa’ persuna ġewwa ż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li ġuvni ta’ 19-il sena, residenti Santa Venera, kien sofra ġrieħi f’idejh ma’ magna, waqt li kien qed jaħdem ġewwa fabbrika.

Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka