Dalgħodu, għall-ħabta tat-08:30, fi Triq il-Bidnija, iż-Żebbiegħ, raġel ta’ 48 sena minn Ħad-Dingli nqaleb bil-krejn waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni u waqa’ għoli ta’ madwar seba’ filati. Fortunatament, huwa rnexxielu joħroġ waħdu mill-kabina.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta marru immedjatament fuq il-post, flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.