Qorti | Bewsa u avvanzi fuq waiter jitfgħu anzjan fl-inkwiet

Awstraljan ta' 67 sena ibus lil waiter f'għonqu, jagħmel avvanzi sesswali u jispiċċa l-Qorti...

(Arkivji)
(Arkivji)

Avvanz sesswali ħalla anzjan fl-inkwiet u akkużat quddiem il-Qorti. L-Awstraljan kien akkużat illi wettaq atti sesswali mingħajr il-kunsens tal-vittma, f'dan il-każ waiter fil-lukanda fejn kien qed joqgħod. 

Jidher illi r-raġel ta' 67 sena allegatament bies għonq il-waiter u għamel avvanzi kontra r-rieda ta' dan il-waiter, bil-maniġment imur għand il-Pulizija 

L-avukati tal-anzjan Gianluca Caruana Curran  u Gianella Demarco wieġbu 'mhux ħati' f'isem il-klijent tagħhom li suppost se jitlaq minn Malta wara vaganza hawn nhar it-Tnejn u li ma setgħax jintrabat li jgħix f'lukanda jew akkomodazzjoni alternattiva sakemm ikun deċiż il-każ kollu. . 

"Lanqas qatt ma kien mressaq il-Qorti għal xi ħaġa f'ħajtu kollha," sostniet Demarco. 

Ir-raġel ingħata ħelsien mill-arrest u ordnatlu jħallas €1,500 u garanzija personali ta' €2,500. 

More in Kronaka