Ikkonfiskati sigaretti, xorb u vettura li waslu Malta bil-kuntrabandu

L-ikbar ħidma tad-Dwana, fl-aħħar jiem, kienet tinvolvi mini market fl-Imsida

Fil-jiem li għaddew, uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw ammont konsiderevoli ta' sigaretti, xorb alkoħoliku u anke vettura hekk kif issoktat il-ħidma tad-Dipartiment kontra l-importazzjoni, il-bejgħ u l-konsum ta' prodotti tal-kuntrabandu.

L-ikbar ħidma tad-Dwana, fl-aħħar jiem, kienet tinvolvi mini market fl-Imsida u dan wara sigħat twal ta’ osservazzjoni.

F’dan il-mini market ġew interċettati fuq l-ixkafef tiegħu 268 flixkun xorb alkoħoliku tal-kuntrabandu.

Apparti hekk, f'kexxun instabu wkoll 163 strixxa tas-sisa li suppost kellhom jitwaħħlu fuq xorb ieħor.

Id-Dipartiment tad-Dwana qed jappella lill-pubbliku biex, jekk jiltaqa’ ma xorb alkoħoliku mhux fiskalment immarkat bl-istrixxa tas-sisa, jirrapporta anonimament fuq 2568 5124 jew 2568 5200.

 

More in Kronaka