'L-Aquarius jista' jmur fejn irid, anke Malta, iżda mhux l-Italja' - Salvini
Malta u l-Italja akkużati mill-ġdid li qed jirrifjutaw 141 immigrant abbord il-bastiment Aquarius
More in Kronaka
Malta u l-Italja akkużati mill-ġdid li qed jirrifjutaw 141 immigrant abbord il-bastiment Aquarius
L-għaqda SOS Mediterranee qed tisħaq li l-bastiment Aquarius kien irrifjutat għat-tieni darba mill-awtoritajiet Maltin u Taljani biex hekk 141 immigrant li jinsabu abbord ma għandhomx port fejn jinżlu.
Dak kien l-istess bastiment li f'Ġunju li għadda ma kienx ġie aċċettat la minn Malta u lanqas mill-Italja u wara jiem bejn sema u ilma kien ġie aċċettat kemm minn Spanja u anke minn Franza.
Minkejja li l-Gvern Malti għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan il-każ, fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru Taljan, Matteo Salvini saħaq li l-bastiment huwa proprjetà tal-Ġermanja, jitmexxa minn NGO Franċiża, b'ekwipaġġ barrani, jinsab f'ibħra Maltin u jtajjar il-bandiera ta' Ġibilità.
Kien għalhekk li insista li "jista' jmur fejn irid basta mhux l-Italja."
Nave ONG Aquarius con altri 141 immigrati a bordo: proprietà tedesca, noleggiata da Ong francese, equipaggio straniero, in acque maltesi, battente bandiera di Gibilterra.
— Matteo Salvini (@matteosalvinimi) August 13, 2018
Può andare dove vuole, non in Italia!
STOP trafficanti di esseri umani e complici,#portichiusi e #cuoriaperti
Sa ftit jiem ilu, mal-gazzetta ILLUM, l-istess Salvini qal li lest jaħdem mal-Gvern Malti biex tinstab soluzzjoni komuni dwar l-immigrazzjoni.
Ma' din l-NGO ingħaqdet ukoll l-organizzazzjoni Doctors Without Borders li wkoll ikkundannaw lil Malta u lill-Italja li ma laqgħux lil dawn l-immigranti waqt li talbu lill-gvernijiet Ewropej u l-awtoritajiet marittimi biex jagħtu port sigur lil dawn l-immigranti.
Both the Maltese & Italian maritime authorities have informed us they will not grant the #Aquarius a place of safety to disembark the 141 rescued people onboard. #Aquarius has now reached a standby position exactly between Malta & Italy and awaits to be assigned a place of safety
— SOS MEDITERRANEE (@SOSMedIntl) August 13, 2018
Malta toffri ilma u anke ġgieget tas-salvataġġ
Intant, l-istess NGO qalet li lbieraħ l-immigranti, ftit wara li ġew salvati, ingħataw ġgieget tas-salvataġġ u anke ngħataw ilma x'jixorbu u dan b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet marittimi Maltin.
Il-bastiment bħalissa jinsab bejn Malta u l-Italja jistenna struzzjoni biex ikun jista' jniżżel lill-immigranti.
UPDATE: Maritime authorities from #Malta and #Italy inform #Aquarius that they will not grant 141 people onboard a place of safety to disembark. #Aquarius has now reached a standby position exactly between Malta and Italy and is awaiting further guidance. pic.twitter.com/Dc1gjK4dvj
— MSF Sea (@MSF_Sea) August 13, 2018