Mara qed tallega li raġel anzjan qatel qattusa b'idejh b'għadd ta' daqqiet quddiem ristorant qabel tinżel il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa.
Il-mara kitbet fuq Facebook tisħaq li waqt li kienet qed tiekol fir-ristorant, anzjan ġera wara qattusa li kienet qed iddur mal-imwejjed tar-ristorant.
Skont il-mara, l-anzjan laħaq il-qattusa u qatilha fuq il-post b'diversi daqqiet.
Insistiet ukoll kif kienu diversi persuni li bdew jippruvaw iwaqqfu lir-raġel iżda ma tax kashom.
Ir-raġel telaq minn fuq il-post b'karozza.
Il-Pulizija kkonfermat il-każ u qalet li qed tinvestigah wara li saħansitra waslilha rapport.