Għaddew 17-il sena iżda l-ġrajja għadha sal-lum tkexkex id-dinja
F'ġurnata waħda, 2,753 persuna ħarġu mid-dar u ma rritornawx lura
More in Kronaka
F'ġurnata waħda, 2,753 persuna ħarġu mid-dar u ma rritornawx lura
11 ta’ Settembru. Jiġri x’jiġri f’dan il-jum, anke jekk jgħaddu s-snin, jibqa’ mmarkat f’moħħ kulħadd l-attakk terroristiku tal-2001.
Ħafna jiftakru kif il-programmi ta’ waranofsinhar, xi dramm jew film twaqqaf ħesrem u l-istazzjonijiet kollha tefgħu ħarsithom fuq il-famuż World Trade Center, jew it-Twin Towers kif kienu magħrufa.
Sa dak il-ħin, ajruplan tal-American Airlines kien daħal f’wieħed mit-torrijiet. Diġà kienet xena li kexkxet lil kulħadd.
Imma t-terroristi ħasbuha tajjeb. Biex ikomplu mat-tixrid tat-terrur, ikkalulkaw il-ħin li fuq il-post jilħqu jaslu l-ġurnalisti biex it-tieni ajruplan, din id-darba tal-United Airlines daħal fit-tieni torri, waqt li l-istazzjonijet kienu qed ixandru live.
Fi ftit sekondi, it-torrijiet, xogħol il-bniedem, saru duħħan u kif għebet id-daħna, ma kien għad fadal xejn, ħlief ġebel fuq ġebel.
Iżda dan ma kienx biżżejjed, arjrupan ieħor, fl-istess siegħa sewda, daħal f’parti mill-Pentagon f’Washington u ħalla 184 persuna mejta.
Viċin Pennsylvania, 93 persuna oħra tilfu ħajjithom meta ajruplan ieħor spiċċa f’għalqa. Jingħad li ll-hijackers niżlu l-ajruplan f’għalqa u mhux ġo binja (mhux magħrufa) li kienet fil-mira, wara li l-passiġġiera u l-ekwipaġġ ippruvaw jieħdu lura l-kontroll tal-ajruplan.
B’kollox, tilfu ħajjithom 2,753 persuna, li l-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn is-sentejn u t-85 sena. Minn dawn, ġew identifikati 1,642 persuna.