Ritratti | Wara jumejn ħidma d-Dwana tikkonferma s-sejba ta' 10,729kg kannabis
Id-droga misjuba ġġib prezz ta’ madwar €28.5 miljun
More in Kronaka
Id-droga misjuba ġġib prezz ta’ madwar €28.5 miljun
Id-Dipartiment tad-Dwana issa huwa f’pożizzjoni li jikkonferma li l-akbar sejba ta’ droga kienet tammonta għal 10,729.40 kilogramm ta’ raża tal-kannabis li, fis-suq, iġġib prezz ta’ madwar €28.5 miljun.
Fl-aħħar jumejn u żewġt iljieli, l-Anti-Drug Squad u s-Sezzjoni tal-Forensika, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, flimkien mal-uffiċjali tad-Dwana fetħu l-erba’ kontejners li qajmu suspett.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana rringrazzja lill-Pulizija tal-Anti-Drug Squad u lit-tim Forensiku tal-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tas-Security tal-Freeport u lill-Uffiċjali kollha tad-Dwana involuti f’din l-akbar ħidma qatt imwettqa fl-istorja ta’ Malta.
Irringrazzja wkoll lill-Kummissjoni Ewropeja, inkuż l-OLAF, fi ħdan il-Kummissjoni, li permezz tal-programmi tagħha ġew kofinanzjati x-xiri taz-ZBV Backscatter scanner, in-Nuctech scanner u l-apparat sofistikat analitiku, imħaddem mill-Customs Intelligence Service, u t-twaqqif tat-Taqsima l-ġdida tal-Klieb, fi ħdan it-Taqsima tal-Infurzar.