Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa' sular u nofs

Il-każ seħħ dalgħodu f'Ħaż-Żebbuġ

Ħaddiem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' sular u nofs f'sit tal-kostruzzjoni f'Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-8:45am fi Triq Frans Sammut.

Ir-raġel huwa mis-Sudan, għandu 48 sena u huwa residenti l-Imsida.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka