Żagħżugħ jhedded li jwaqqa' ajruplan ftit qabel ħalla Malta

Iż-żagħżugħ Tuneżin kien qed ikun iddeportat lura lejn pajjiżu iżda qajjem paniku sħiħ malli tela' fuq l-ajruplan

Żagħżugħ li hedded li jwaqqa’ ajruplan jekk dan iħalli l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tressaq il-Qorti u nżamm arrestat.

Iż-żagħżugħ li għandu 28 sena mit-Tuneżija kien qed jinżamm fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi u kien qed ikun deportat lejn pajjiżu, ilbieraħ waranofsinhar.

Madanakollu, meta kien qed ikun eskortat mill-Pulizija, iż-żagħżugħ ipprova jaħrab u bi vjolenza beda jirreżisti u jhedded lill-pulizija, tant li weġġa’ wieħed minnhom wara li gidmu.

Malli ttella’ fuq l-ajruplan, iż-żagħżugħ qajjem paniku sħiħ u beda jhedded li jekk se l-ajruplan jitlaq, se jwaqqgħu.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

More in Kronaka