Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xogħol ġo għalqa f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-7:15am, fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ħlas.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 66 sena, tilef il-bilanċ, waqa’ sular u ġie fuq il-ġebel.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza biex ir-raġel jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.