Żewġ persuni ġew arrestati waqt ir-rejd
Il-Pulizija għamlet sejba kbira tad-droga li l-valur tagħha qed ikun irrappurtat li huwa kbir ħafna.
Jidher li l-Pulizija sabet id-droga wara rejd li wettwet fi Triq Matthew Pulis fl-inħawi ta’ Tigné.
Żewġ persuni ġew arrestati waqt dan ir-rejd.
Skont rapporti, il-Pulizija dehru ħierġa b’pallet mimlija droga.