Disgħa feruti wara li mara splodiet lilha nnifisha f'Tuneż
L-attakk suwiċida seħħ fiż-żona popolari ta' Habib Bourguiba
More in Kronaka
L-attakk suwiċida seħħ fiż-żona popolari ta' Habib Bourguiba
Minn tal-inqas disa’ persuni weġġgħu wara li mara splodiet lilha nnifisa f’Tuneż, il-Kapitali tat-Tuneżija.
Skont il-Ministeru għall-Intern Tuneżin, il-mara splodiet lilha nnifisha fiż-żona ta’ Habib Bourguiba li normalment tkun mgħassa tajjeb minn forzi tas-sigurtà.
Dawk imweġġa’ jinkludu tmien uffiċjali u persuna oħra li nzertat fil-viċin.
Jidher li l-mara splodiet lilha nnifisha bl-użu ta' grenade li kienet tinkludi ammont żgħir ta’ splussivi.
It-Tuneżija ilha taħt stat ta' emerġenza minn meta f'Novembru tal-2015, raġel kien sploda lilu nnifsu u qatel 12-il gwardja presidenzjali. Dak li jsejjaħ lilu nnifsu bħala l-Istat Iżlamiku kien iddikjara li kien il-moħħ wara l-attakk.
Dan l-istat ta' emerġenza kien estiż aktar kmieni dan ix-xahar minħabba l-klima politika u t-tensjoni li qed tiżdied fid-dawl tal-elezzjonijiet leġiżlattivi u presidenzjali tas-sena d-dieħla.