Liam Debono jaqla' xebgħa ħdejn il-post tax-xogħol

Debono mar minn jheddu fl-għassa tal-Pulizija biex jirrapporta u ttieħed immedjatament Mater Dei.

Liam Debono, iż-żagħżugħ li qed ikun akkużat bl-attentat tal-qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, jinsab rikoverat l-Isptar wara li ġie agredit minn persuni mhux magħrufa mill-Pulizija.

Is-sit illum.com.mt jista' jikkonferma li Debono mar minn jheddu l-għassa tal-Pulizija biex jirrapporta li ġie attakkat. Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta wkoll li Debono jaf min huma l-persuni li marru għalih.

Jidher li l-persuni marru għal Debono fuq il-post tax-xogħol tiegħu għall-ħabta tas-2:15pm f'Ħal Luqa.

Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei fejn qed ikun rikoverat għall-ġrieħi li ġarrab.

Liam Debono ngħata l-ħelsien mill-arrest mill-Imħallef Antonio Mizzi wara li l-ewwel talba kienet miċħuda mill-Qorti tal-Maġistrati.

 

More in Kronaka