Tfajla ta' 21 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet waqt li kienet qed timxi fl-inħawi tar-Riviera Martinque fil-limiti tal-Imġarr.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00pm fejn kellha tissejjaħ ukoll l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex it-tfajla tkun tista' tittella'.
Fil-fatt kellu jintuża l-ħelikopter tal-Forzi Armata biex it-tfajla setgħet tittella' u minn hemm ittieħdet l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fejn kien hemm ambulanza tistenniha biex tittieħed Mater Dei.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.