Raġel qed isofri minn ġrieħi serji wara li ttajjar minn vettura fi Triq San Pawl, f'Bormla.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20:10pm.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 42 sena, intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta' 34 sena miż-Żurrieq.
Il-vittma ttieħed immedjatament Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta maġisterjali.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.